top of page

Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa

         Fil- Gzejjer Maltin

carlo diacono_edited.jpg

Ritratt mehud mis- sit: Times Of Malta.

Carlo Diacono twieled fiz- Zejtun nhar l- 1 t' April, 1876, fejn ghadda l- bicca l- kbira minn hajtu w ikkompona l- akbar xoghlijiet

 

ta' hajtu. Carlo kien bin Orazju u Frangeska Darmanin, li kellhom zewg ulied ohra: Gio Batta w Karolina. Missier Orazju u zijuh

 

Ganpatist kienu dilettanti kbar tal- muzika w bejnithom waqfu l- ewwel orkestra pubblika fiz- Zejtun, li bdiet iddoqq programmi

 

fil- berah fil- festa w li kienet il- prekursura tal- baned tal- lum. Infatti, meta x- xjuh taghna kienu jsemmu l- festa titulari taz-

 

Zejtun, kienu jghidulek "SANTA KATERINA ZINN, ZINN, ZINN" u dan gej mill- fatt li bis- sahha tal- ahwa Diacono z- Zejtun kien

 

l- ewwel rahal li fil- festa titulari tieghu kien hemm "DAQQ TA' MUZIKA FIL- BERAH". Minn ckunitu Diacono wera xehta soda

 

ghall- muzika w kien jara kif jaghmel u jivvinta strumenti muzikali, biex bihom ma shabu kien jaghmel xi programm go xi gnien

 

ta' bandist tieghu. Maz- zmien kien tghallem l- organett u jdoqq fil- knisja zghira tieghu ma shabu. Huwa dahal il- Liceo izda l-

 

muzika kienet ghal Carlo bhal kalamita. Fazi mportanti f' hajtu hija l- perjodu ta' bejn l- 1892 u l- 1902 meta allura kien alliev

 

tas- surmast Paolino Vassallo. Kemm il- darba smajna min isemmi l- apprezzament reciproku ta' bejn Vassallo u Diacono w din

 

il- haga ma setghetx ma kienetx ta' beneficcju ghat- tnejn, izda s' intendi l- aktar ghal Diacono. Ghal din ir- raguni nazzardaw

 

niddeducu li Diacono bbenefika minn dan il- kors fil- frieghi kollha tat- teorija muzikali daqshekk mhux aktar; li kieku attenda f'

 

xi akkademja barra minn Malta. L- ewwel darba li hareg idoqq pubblikament kien fil- Gimgha l- Kbira meta daqq il- kwartin

 

mal- banda Beland li missieru kien surmast taghha, u wara, ta' 16 -il sena, hu stess lahaq surmast ta' din il- banda. Hawn kiteb

 

l- ewwel innu lil Santa Katerina w l- ewwel marci tieghu "Il Saluto Della Sera" u "Il Trionfo". Huwa ntaghzel ukoll surmast tal-

 

banda San Giorgio ta' Bormla fejn halla hafna xoghlijiet tieghu fosthom l- innu tal- Kuncizzjoni w ghazla ghall- banda mill- opra

 

"Aida". Meta kellu 20 sena, Carlo kien ipprezentat fl- Aula Magna ta' l- Universita Rjali mis- surmast tieghu Paolino Vassallo fejn

 

kien daqq ir- romanza tieghu "Ad Una Viola". Fl- 1904 ghallem il- partijiet korali w lis- solisti ta' l- opra "Frazir". Fil- 15 ta'

 

Novembru, 1908 izzewweg lis- sinjura Marija Stella Cannataci li mietet fil- 25 ta' Gunju 1934, u halliet tlett ulied: Frankie, Orazio

 

w Marija Adelaide. L- opra li kiteb Carlo Diacono hija "L' Alpino" li saret sitt darbiet fit- Teatru Rjal fl- 1918, u l- ahhar darba f'

 

Marzu 1946, minn ibnu Frankie fir- Radio City Opera House. Il- muzika ta' Diacono nstemghet minn fuq il- BBC, ir- Rai, u r-

 

Rediffusion, go Ruma, fi New York, kif ukoll fil- Kajr. Fl- 1910 meta l- Papa Piju X hareg il- Moto Proprio, kienet infethet triq

 

sabiha ghal Carlo ghax kif appena hareg dan il- Moto kkompona zewg quddisiet u bghathom ghall- approvazzjoni Ruma fejn

 

wara li kisbu approvazzjoni ntbaghtu wkoll ittri ta' tifhir dwarhom. Wahda minn dawn il- quddisiet li rceviet ittra sabiha mic-

 

celebri Dun Lorenzi Perosi saret bhalha kuncert fit- Teatru Manoel. Ghall- Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar Malta fl-

 

1913, Diacono kien ipprepara Oratorio bl- isem ta' "San Paolo a Naufrago" u ma sarx wara li nqalghu xi diffikultajiet. Diacono

 

kiteb 45 quddiesa di Gloria w 22 quddiesa di Requiem. Tantum Ergo, Salve Regina w antifoni bla ghadd ghall- knejjes ta' fejn

 

kien ihabbat. Kiteb ukoll Fantasia Impromptu li s- surmast Ilderbrando Pizzetti laqa' d- dedika taghha w qalghet tifhir kbir mis-

 

surmast Sigismondo. L- oratorji "Transitu Divi Antonii" u "Cantico Di Frate Sole" u s- sinfoniji "Stella", "Talia" w ohrajn qalghu tifhir

 

kbir mis- surmastrijiet celebri ammiraturi tieghu - bhalma kienu Lorenzo Perosi Zandonai, Respighi, Rocca, Mule', Refice,

 

Lattuada, Mantica w ohrajn. Mhux ta' min ihalli barra l- Kanti kbar li kiteb, fosthom "Fra Le Braccia Della Vergine", "Tota

 

Pulchra", "A Maria", "Roma Felix" u "Preghiera alla Vergine". Fl- okkazzjoni tas- Silver Jubilee tar- re George V, is- surmast Carlo

 

Diacono dderiega 37 banda f' daqqa fil- Main Guard u fi Pjazza Kastilja. Mal- mewt tas- surmast Paolino Vassallo, Diacono

 

ntaghzel Maestro di Cappella tal- Kattidral minghajr ma kkonkorra. Opra li beda minghajr ma spiccaha hija "Villa Azzurra" fuq

 

il- librett ta' l- Avv. Giacomo Amno. Minhabba l- impenji tieghu ta' Maestro di Cappella f' hafna parrocci, Diacono kellu jitlaq

 

miz- Zejtun u jmur joqghod fil- Belt Valletta. Matul l- ahhar gwerra biex jiehu kenn mill- attakki mill- ajru huwa mar joqghod Hal-

 

Lija fejn fil- 15 ta' Gunju, 1942 miet fid- dar Nru 42, Triq il- Kbira. Bil- mewt ta' Diacono, Malta tilfet wiehed mill- akbar

 

kompozituri taghha, ghax f' ghajnejn il- Maltin u barranin huwa kien muzicista kbir, kompozitur qawwi, kontrapontista profond,

 

pjanista w direttur sod. Il- muzika habbha ta' veru artista, b' qalb sinciera w sentimenti nobbli.

L- informazzjoni rigward Carlo Diacono hi mehudha mis- sit: Wirt iz- Zejtun.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page