top of page
67060361_1227327670770386_24105954276120

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Archibald Mizzi.

Mro. Archibald Mizzi A. Mus. L.C.M. twieled nhar l- 4 ta' Lulju, tas- sena 1952 u huwa minn gewwa l- belt ta' Hal- Qormi.

Apparti li huwa muzicist, Archibald huwa wkoll direttur muzikali. Archibald huwa wkoll it- tifel tas- surmast Chev. Abel Joseph

Mizzi w ircieva l- edukazzjoni tieghu mas- sorijiet Agostinjani ta' Hal- Qormi w fil- kullegg St. Michael’s gewwa Hal- Qormi wkoll.

Huwa beda l- istudji muzikali ma missieru, mal-  Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta' Hal- Qormi w fl- eta tenera ta' disa' snin

Archibald gie ntrodott bhalha muzicist mal- istess banda. Huwa kompla l- istudji muzikali tieghu fil- pjanu ma Bice Bizazza,
 
filwaqt li t- teorija w l- armonija taht is- surmast Carmelo Pace u fl- istess waqt, studja wkoll il- fagott mas- surmast Joseph
 
Sammut. Archibald Mizzi, kompla l- istudji tieghu gewwa Turin mal- professur Ġiuseppe Delle Valle. Waqt li rritorna lura Malta,
 
huwa nghaqad mal- orkestra tat- teatru Manoel, fejn illum hija maghrufa bhalha l- orkestra Filarmonika Maltija (Malta
 
Philarmonic Orchestra), fejn daqq fuq il- fagott bhalha solista. Kompla l- istudji tieghu Mro. Carmelo Zammit u fis- sena 1986
 
kiseb id- diploma A. Mus. L.C.M. Archibald kien l- ewwel surmast direttur tal- banda Soċjeta Mużikali La Stella Levantina A.D.
 
1984 - Band Santa Marija ta' H' Attard bejn is- sena 1987 - 1988. Huwa kien ukoll surmast direttur mal- banda Lourdes Band
 
Club ta' Rahal Gdid, fejn illum maghrufa bhalha Soċjeta Filamonika Fra. Antione De Paule Kirstu Re, bejn is- sena 1993 u s-
 
sena 2008 kif ukoll mal- banda Soċjeta Mużikali Sant' Antnin Band Club ta' Birkirkara. Huwa kien ukoll assistent surmast
 
direttur mas- Soċjeta Filamonika Nazionale La Valette w mal- banda Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta' Hal- Qormi, fejn fis-
 
sena 2008 gie mahtur bhalha surmast direttur mal- istess Socjeta. Matul il- karriera tieghu, Archibald ikkompona diversi marci
 
brijuzi, fejn wiehed ma jistax ma jsemmix il- marc "The King", li huwa ferm popolari f' pajjizna w mhux b' inqas gewwa Sqallija, 
 
fejn indaqq minn madwar 30 Banda differenti. Huwa kkompona wkoll l- innu "San Gorg Martri". Taghna wkoll diversi marci
 
funebri bhal: "Jesus Nazzarenus", "In Memoria di Alex Delmar", "In Memoria dei Fratelli Ludovigo" u "Lil Ommi". Kull sena
 
Archibald Mizzi, jikkomponi marc gdid ghal- banda La Valette Band Club, fl- okkazzjoni tal- festa ta' San Pawl gewwa l- Belt
 
Valletta.

L- informazzjoni rigward Archibald Mizzi hi mehudha mis- sit: M3p.Com.Mt.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page