top of page
4-Antonio-Miruzzi-225x300_edited.jpg

Ritratt mehud mis- sit: Leone.Org.Mt.

Sentejn ilu, jigifieri fis- sena 2017 kien habat il- 150 sena anniversarju mit- twelid ta’ wieħed mis- surmastrijiet l- aktar prolifiÄ‹i u
 
versatili li qatt rat id- dinja bandistika Ä¡ewwa pajjiżna. Qed nirreferu għal Mro. Antonio Miruzzi, li twieled il- Furjana fl- 10 ta’
 
Ottubru, 1867 u miet il- Ħamrun fit- 23 ta’ Ottubru, 1944. M’hawnx banda waħda f’ Malta w Għawdex li m’ għandhiex xi marÄ‹
 
brijuż jew funebri, jew inkella xi innu, ‘żgħir’ jew ‘kbir’ minn tiegħu. Antonio Miruzzi huwa bniedem li ta’ ħajtu għall- arti brillanti
 
bhalma hija l- mużika. Waħda mill- ħafna baned Maltin li kellhom ix- xorti li jiksbu s- servizz ta’ Mro. Miruzzi hi proprju s-
 
SoÄ‹jetà Filarmonika ‘Santa Marija’ tal- Mosta. Mill- istorjografi ta’ din is- soÄ‹jetà Mostija stajna nsiru nafu li, Mro. Antonio Miruzzi
 
kien surmast tagħha eżatt fil- bidu tas- seklu għoxrin. Iżda, ma stajniex insiru nafu sakemm dam magħha. Li nafu hu, li warajh
 
kien laħaq surmast ieħor, ċertu Mro. G. Micallef li, min- naħa tiegħu, ma setax dam aktar mill- 1911. Dan peress li, mbagħad,
 
il- Banda kienet waqfet mill- attivitajiet tagħha, anki jekk il- Casino Santa Marija kien baqa’ jiftaħ għall- membri tiegħu. Jidher li,
 
din il- Banda ma setgħetx taqbad art f’ raħalha minħabba l- piki żejda li kienu jeżistu dak iż- żmien bejn iż- żewÄ¡ baned
 
Mostin. Din ir- rivalità kienet ħarÄ¡et fil-  beraħ fil -festa lokali ta’ San Ä użepp tal-1906 tant li, il- purÄ‹issjoni kienet tħassret wara li
 
nqalgħu xi nÄ‹identi serji fuq min minnhom kellu d- dritta u l- preÄ‹edenza. Fiż- żmien li laħaq surmast tal- Banda ‘Sta. Marija’
 
tal- Mosta, jiÄ¡ifieri fl- 1900, Mro. Miruzzi kien għadu tista’ tgħid fil- bidu tal- karriera bandistika tiegħu. Għaxar snin biss qabel
 
huwa beda jgħallem lill- allievi bħala Maestro Istruttore fi ħdan is- SoÄ‹jetà Filarmonika Nazzjonali ‘La Valette’ għas- salarju ta’
 
lira fix- xahar! Huwa kien ukoll fundatur u direttur tal- Orkestra Mandolinistika ‘La Valette’ li Ä¡iet imwaqqfa fl- 1897. Għal ftit xhur
 
bejn l- 1899 u 1900 kien serva wkoll bħala aÄ¡ent-direttur tal- Banda Beltija (bis- salarju ta’ tliet liri fix- xahar) u laħaq idderieÄ¡a
 
xi programmi magħha. Fl- istess sena li Mro. Miruzzi laħaq Maestro Istruttore, inħatar ukoll surmast-direttur tal- ewwel żewġ
 
baned fil- karriera tiegħu li huma, ‘La Vincitrice’ (Isla) u ‘Leone (Victoria, Għawdex). Iżda ma’ dawn iż- żewÄ¡ baned ma tantx
 
kellu ħajja twila għax magħhom dam biss ftit snin. Jidher li, Mro. Miruzzi kien għadu mhux deċiż sa barra jekk kellux jibni
 
karriera f’ Malta jew barra. Għal bidu, it- tir tiegħu kien li jagħmel karriera fid- direzzjoni. Mhux ta’ b’ xejn għalhekk li, meta
 
spiċċa mill- istudji tiegħu ġewwa l- Italja ried jagħmel bħal zijuh, Mro. Paolo Miruzzi, u jimbarka fuq bastiment navali bħala
 
mużikant biex eventwalment jilħaq bandmaster. Meta mbagħad ra li dan il- ħsieb tiegħu ma kienx irnexxa tela’ jiÄ¡ri Tuneż
 
flimkien ma’ martu KonÄ‹etta, imwielda Cauchi, fuq stedina tal- Maltin t’ hemmhekk. Dawn xtaqu li Mro. Miruzzi jgħaqqdilhom
 
soÄ‹jetà mużikali wara li kienu semgħu bil- ħiliet mużikali tiegħu. Din il- banda kienet twaqqfet tassew taħt id- direzzjoni tiegħu,
 
u l- Maltin ta’ Tuneż semmewha (Filarmonica) Melitensis La Valette b’ sens ta’ rispett lejn is- SoÄ‹jetà mużikali Beltija. Iżda, id-
 
destin ried mod ieħor. Martu ma setgħetx tidra hemmhekk u jidher li waqgħet f’ dipressjoni tant li, wara sitt snin, il- koppja
 
ddeÄ‹idiet li tinżel lura Malta għal dejjem. Intant, fl- istess sena li telaq minn mal- banda Sengleana ħa f’ idejh is- SoÄ‹jetà
 
Filarmonica 'Nicolò Isouard'. Skont Mifsud Matrenza, din il- banda għenitu mhux ftit biex jakkwista Ä‹ertu esperjenza kemm fit-
 
tagħlim u kemm fid- direzzjoni.’ L- istess awtur jkompli jgħidilna li, ‘is-suÄ‹Ä‹essi li kiseb ma’ din il- banda servew biex ismu
 
jinxtered fil- kamp mużikali ta’ dak iż- żmien.’ U ta' bilħaqq hekk kien. Sena biss qabel ma’ laħaq surmast tas- SoÄ‹jetà
 
Filarmonika ‘Santa Marija’ tal-Mosta huwa ngħaqad mal- Banda ‘San Ä użepp’ tal- Ħamrun u dam snin twal magħha. Din kienet
 
l- era tad- deheb għall- Banda Ä użeppina Ħamruniża ‘għax taħt il- maestrija tiegħu, hija kisbet suÄ‹Ä‹essi enormi kemm Ä¡o
 
Malta w kemm barra minn xtutha. Fl- istess sena wkoll li laħaq surmast tal- Banda Mostija ta’ Santa Marija ħa t- tmexxija tas-
 
Società Filarmonica ‘I Cavalieri di Malta' ta’ Tas- Sliema. Iżda, din il- banda, imwaqqfa fl- 1886, ma kelliex ħajja twila u Ä¡iet
 
xolta fl-1902. F’ karriera twila ta’ ‘l fuq minn erbgħin sena, Mro. Miruzzi baqa’ jieħu aktar baned taħt idejh u fl- istess ħin, Ä‹eda
 
minn oħrajn. Dawn kienu: is- SoÄ‹jetà Filarmonica 'San Ä orÄ¡' (Bormla) (1905 - ?), is- SoÄ‹jetà Filarmonica 'San Piju X' (Ħal Lija)
 
(1906 – 26), l- Għaqda Mużikali Sant' Andrija (Ħal- Luqa) (1914 – 22), u l- Għaqda Mużikali 'Beland' (1919 – 32). Ta’ min iżid
 
jgħid hawnhekk li, fl- 1910, Mro. Miruzzi kien inħatar ukoll surmast-direttur tal- Banda tal- Orfni tal- Gvern. Mhux biss, iżda
 
seba’ snin wara kellu jilħaq ukoll direttur tal- orfanatrofju fejn aktar minn erbgħin sena qabel kien qatta’ tfulitu ma’ tfal iltiema
 
bħalu. Mro. Miruzzi rtira mid- direzzjoni fl- 1932 fl- età ta’ 65 sena fuq parir ta’ wliedu stess minħabba raÄ¡unijiet ta’ saħħa. Ix-
 
xogħol ta’ Miruzzi ma’ dawn il- baned kollha ma kienx jikkonsisti f’ li joqgħod jidderiÄ¡iehom biss. Huwa kien responsabbli wkoll,
 
mit-tagħlim ta' l- istudenti, il- provi tal- allievi, it- tħejjijiet ta’ programmi, u l- arranÄ¡amenti mużikali u/jew xogħlijiet Ä¡odda li kien
 
ikun marbut li jrid jikteb. Jgħidu li, Miruzzi kien bniedem soÄ‹jevoli, dħuli, b’ manieri sinjorili, imma waqt il- provi u/jew l-
 
esekuzzjonijiet m’ hemmx Ä‹ajt. Skont Mifsud Matrenza, ‘l- istatura w il- personalità, speÄ‹jalment meta jkun fuq il- podju, kienet
 
titlob attenzjoni sħiħa minn bandisti w ammirazzjoni mis- semmiegħa. Iżda, minkejja li forsi kien xi ftit strett w esiġenti, kawża
 
tad- dixxiplina severa li kienu jimxu biha dak iż- żmien, ħafna bandisti kienu japprezzaw il- parir tiegħu, u jammirawh ħafna
 
għall- mod ta’ kif kien jgħallem, u għad- direzzjoni impekkabbli tiegħu.

 

L- informazzjoni rigward Antonio Miruzzi hi mehudha mis- sit: Um.edu.Mt.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page