top of page
andrew coleiro_edited.jpg

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Blanzuni Elenjani Tal-Ghama A.D. 2013.

Nhar it- 13 ta' Dicembru tas- sena 2014, waqt ic- cerimonja ta' Jum ir-Repubblika ta' Malta, l- Ecc. taghha I- President ta' Malta is- sinjura Mary Louise Coleiro Preca tat- Gieh ir- Repubblika lis- surmast Andrew Coleiro. Is- surmast Andrew Coleiro twieled f' Tas- Sliema nhar l- 10 t' April tal- 1945, iben Francis u Rita. Missieru Francis kien idoqq is- saxafon sopran ma' diversi baned. Andrew kien beda l- istudji muzikali tieghu fil- kazin tal-banda "Sliema'' ghand is- surmast ta' dak iz- zmien, il- Kaptan Buttigieg li mill-ewwel induna bil- kapacitajiet muzikali tieghu. Beda jdoqq il- klarinett regolarment mal- banda "Sliema'' u ma' baned ohrajn filwaqt li baqa' jistudja t- teorija ghand is- surmast Carmelo Pace. Aktar studju fil- prattika tal- istrument kien komplih ghand is- surmast li huwa maghruf bhala "Is- surmast tal- marci sbieh' - is- surmast Angelo Pullicino, dak iz- zmien surmast tal-banda "San Giljan'. Fis- sena 1967, huwa inghaqad fiz-zwieg ma' Joanne nee Bonnici. Ghandhom tlett itfal, Omar, li minbarra li huwa muzicist, ghamel numru ta' snin fil- kariga ta' segretarju fil- Kumitat tal- kazin tal- banda "Duke of Connaught 's Own", Sonia u Claudine. Dahal fl- armata bhala suldat muzicist f' dik li qabel kienet ir- "Royal Malta Artillery'', illum maghrufa bhala l-banda tal- Forzi Armati. Dak iz- zmien is- surmast kien Anthony Chircop. Kien hu stess li hajjar lis- surmast Coleiro biex jibda jdoqq il- klarinet baxx. L- ewwel hatra tas- surmast Andrew Coleiro kienet dik ta' Assistent Surmast mal- banda "Sant' Andrija'' ta' Hal Luqa. F' dik l- istess sena bdiet il- karriera twila tieghu ta 'kompozizzjonijiet ta' marci brijuzi, bl- ewwel marc ikun bl- isem "Hole in the Wall" li ndaqq mill- banda "La Vittoria'' tal- Mellieha. Minn hemm 'il quddiem il- marci brijuzi "Ta' Kulajru", kif inhuma maghrufin mad- dilettanti tal- marci Maltin, bdew isibu l- post taghhom mhux biss fis- settijiet tal- marci, izda wkoll fil-lista tal- marci popolari. Fl- 1975 bdiet ghas- surmast Andrew Coleiro l- itwal esperjenza tieghu, dik b' konnessjoni muzikali mal- banda "Duke of Connaught' s Own" ta' Birkirkara. Ma' din is- socjeta beda bhala ghalliem tal- allievi u Assistent Surmast tal- banda. L-ewwel marc li kiteb ghal din il-banda kien bl- isem ta' "Augusta" fis- sena 1975. Sentejn wara fis- sena 1977 gie mahtur Surmast Direttur tal- banda "Duke of Connaught 's Own" fejn dam fil- kariga sas- sena 2008. Kemm dam ma' din il-banda huwa mhux biss kiteb numru kbir ta' marci, izda dderiega lill- banda waqt ghadd kbir ta' programmi muzikali annwali li kienu jsiru fis- sala Sir Temi Zammit fl- Universita' f' Tal- Qroqq u fuq il- plancier fi pjazza "Sant'Elena'' f' lejliet il- festa ta' Santa Liena. Zewg kuncerti kbar li dderiega u li gew irrekordjati fuq diski kompatti huma dawk li saru fil- Bazilika Elenjana. Dawn kienu l- akkademja vokali u strumentali fl- okkazjoni tal- 1675 Anniversarju tal- glorifikazzjoni ta' Sant' Elena li kienet saret il-Gimgha 2 ta' Mejju 2003 u l- akkademja vokali u strumentali fl- okkazjoni tal- 50 Anniversarju tal- Bazilika Elenjana li kienet saret nhar it- 2 ta' Mejju, tas-sena 2000. Programm iehor li fih idderiega lill- banda kien dak li sar f' Sorrento fl- Italja. Minbarra dawk iz- zewg diski kompatti tal- programmi muzikali, is- surmast idderiega l- banda "Duke of Connaught 's Own" fir-rekordings tas- sett tal- marci processjonali li ddoqq il- banda waqt li tkun qed takkumpanja l- istatwa ta' Sant Elena fil-purcissjoni kemm dik ta' nhar il- festa fit- tielet Hadd t' Awwissu fil- ghodu kif ukoll dik li ssir fil- festa ta' Santu Kruc li ssir nhar it- 3 ta' Mejju filghaxija. F' dan is- sett ta' marci processjonali rrekordjat fis- sena 1990, hemm tliet kompozizzjonijiet tal- istess surmast. Dawn huma "Costantino Magno", "Anno Domini 328" u "In Hoc Signo Vinces". Il- banda taht id- direzzjoni tieghu rrekordjat settijiet ta' marci brijuzi fuq diski kompatti fis- snin; 1997, 1998, 1999, 2001, 2002, 2003, 2005, 2007, 2009, u 2011. Is- sett tal- marci tas- sena 2007 kien gie rrekordjat f' gheluq it- 30 sena minn meta s- Surmast Andrew Coleiro kien ha t-tmexxija tal- banda "Duke of Connaught' s Own" f' idejh bhala Surmast Direttur. Bla dubju ta' xejn l- aktar sett ta' marci brijuzi li ghamel success kien dak tad- diska kompatta doppja tas- sena 2002 meta s- surmast kien ilu fil- kariga 25 sena. Fih kienu gew irrekordjati 19 -il marc brijuz, li kienet zanznet il- banda mis- sena 1975 sas- sena 1999, u l- innu marc "Hamsin Sena Bazilika" miktub fl- 1999. Dawn hargu kollha mill- pinna muzikali tas- Surmast Andrew Coleiro. Ghal din l- okkazjoni kien sar programm specjali fis- sala "San Alwigi" f' Birkirkara fejn kien gie rregalat tifkira sabiha mill- Kumitat u l-partitarji tas- Socjeta'. Tliet diski kompatti ohra ta' din il- banda Karkariza kienu dawk bil- marci funebri Ii gew irrekordjati fis- sena 1998, 2003 u 2006. F' dawn it- tliet settijiet hemm erba' marci funebri tas- surmast Andrew Coleiro. Fost il- casettes li gew irrekordjati mill- banda taht id- direzzjoni tieghu kien hemm is- sett tas- sena 1985, fejn il- marci "Tislima lill- Ewwel Banda Karkariza", ''El Patrizio" u ''Micky Dee" huma miktuba minnu. Rekordings ohrajn tas- surmast fuq inizjattiva personali kienu dawk irrekordjati wkoll fuq casettes bit- tema "Gejja I- Banda", vol. I fl- 1983, vol. II fl- 1984, vol. III fl- 1987 u vol. IV fl- 1988. L- ewwel wiehed minn dawn il- volumi kien ukoll hareg fuq diska "long play". Fis- sena 1983 ir-r ekording kien sar fis- sede tal- banda Cittadina ''King's Own" tal- Belt fejn ukoll kien ghamel zmien fil- kariga ta' Asisstent Surmast tal- banda. Fuq il- jacket tad- diska hemm ritratt tal-banda "Duke of Connaught 's Own" waqt il- marc ta' filghodu fil- festa ta' Sant' Elena. Il- bandisti huma kollha libsin l- istess gear. Din kienet l- ewwel banda f' Malta li bdiet din it- tradizzjoni li waqt il- marc ta' filghodu jintlibes l- istess gear jew flokk mill-bandisti. F' din id- diska is- surmast kien gabar il- krema tal- marci li kien diga' kiteb. "La Vincitrice", "Agrigento", "Here Comes the Dukes", "II Tango alla Marcia", "Karmar", "Niagara falls", "La Bella Padrona" u "Gambin Brothers". Baned ohrajn li s- surmast Andrew Coleiro mexxa matul il- karriera tieghu kienu l- banda tal- ghaqda tal- muzika "San Gejtanu" tal- Hamrun, il- banda "San Guzepp" ta' Hal Ghaxaq, il- banda "De Paule" ta' Rahal Gdid, il- banda "Stella Maris" ta' Tas- Sliema u l- banda "Prekursur" tax-Xewkija Ghawdex. Huma ftit dawk il- baned f' Malta u Ghawdex Ii m' ghandhomx marci tas- surmast Andrew Coleiro fir-repertorju taghhom. Kien propju ghal din ir- raguni li s- surmast gie onorat b' Gieh ir- Repubblika ta' Malta. 

L- informazzjoni rigward Andrew Coleiro hi mehudha mis- sit: Um.edu.mt.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page