top of page
Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
Ritratt mehud mis- sit: Mp3.Com.Mt
Mro. Abel Joseph Mizzi twieled gewwa l- belt ta' Hal- Qormi, nhar it- 28 ta' Settembru tas- sena 1924 u sfortunatament halla
din id- dinja fl- eta ta' 94 sena, gewwa r- residenza ta' San Vincenz DePaul fil- 21 t' April tas- sena 2018. Is- surmast Abel
Joseph Mizzi kien mizzewweg lis- sinjura Alice (kunjomha xebba) Cassar u flimkien kellhom sebat' itfal. Dawn kienu: Salvina,
Vitorina, Agnes, Mry, Ruben, Archibald w Noemi. Huwa kien direttur tal- muzika w meta kien zghir kien mar l- iskola
Primarja tal- Gvern gewwa Hal- Qormi u wara kompla gewwa l- Kullegg "De La Salle", fil- Birgu. Fil- qasam tal- muzika, beda l-
istudji tieghu mal- Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta' Hal- Qormi, taht is- surmast Anġelo Pulicino. Wara l- gwerra huwa
kompla bl- istudji tieghu fit- teorija, l- armonija, il- kontropunt, il- fuga w l- istrumentalizzazzjoni taht is- surmast Carmelo Pace,
fejn imbaghad kiseb l- FLCM, LRCM u l- OST. Fis- sena 1952, huwa gie mahtur bhalha assistent direttur muzikali mal- banda
Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta' Hal- Qormi u fis- sena 1963 bhalha direttur muzikali mal- banda Soċjeta Mużikali Trinita
Mqaddsa tal- Marsa. Fl- istess sena Mro. Abel Joseph Mizzi gie mahtur ukoll bhalha direttur muzikali mal- banda Lourdes
Band Club ta' Rahal Gdid, fejn illum hija maghrufa bhalha s- Soċjeta Filamonika Fra. Antione De Paule, Kirstu Re. Fis- sena
1988, gie mahtur ukoll bhalha surmast direttur mal- banda Soċjeta Mużikali La Stella Levantina, Banda Santa Marija ta' Ħ' Attard.
Waqt il- karriera tieghu, fis- sena 1955, Mizzi kien l- ewwel surmast li ntroduca l- ewwel tliet bandisti nisa f' Malta w bhalha surmast
direttur tal- banda Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta' Hal- Qormi, huwa rebah l- ewwel premju fil- kunċert annwali tal- każini
tal-Banda gewwa t- teatru Manoel fis- sena 1983. Is- surmast Abel Joseph Mizzi kkompona diversi marci brijuzi w anke dawk
funebri, fejn fost il- hafna nsibu: O Vos Omnes, Poplu Tiegħi, Quddiem id- Duluri, My Home Town, In Memorial di Mia Madre, Fi
Triqti lejn Qabri, Ta Cassar u hafna ohrajn. Mizzi taghna wkoll bosta innijiet sagri w ta' min isemmi: Fantasia in Do Minors, Il-
Konvoj ta’ Santa Marija the Oratorio w Is- Sultana tal- Maltin.
L- informazzjoni rigward Abel Joseph Mizzi hi mehudha mis- sit: M3p.Com.Mt.
Copyright 2017. All Rights Reserved. Website designed by Wayne Mallia. Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com
bottom of page