top of page
5-Vincenzo-Carabott-225x300.jpg

Ritratt mehud mis- sit: Leone.Org.Mt.

Is- Surmast Vincenzo Carabott twieled fl- 1844 u ġej minn familja mużikali. Bħal missieru Luigi ta' ruħu għall- mużika, bħalma

 

għamlu l- istess żewġ ħutu Luigi w Pawlu. Beda jistudja l- vjolin għand missieru w kompla bl- istudji tiegħu għand is- Surmast

 

Dr. Giuseppe Vella, fejn studja tajjeb il- vjolin, l- armonija, kontrapont u l- istrumentazzjoni. L- ewwel banda li kellu taħt it-

 

tmexxija tiegħu kienet il-Banda La Valette fl- 1889. Dam f’ din il- kariga jidderieġi l- banda La Valette għal kważi għaxar snin

 

sal- 1899. Taħt it- treġija tiegħu l- Banda La Valette marret Tuneż fl- 1891. Hemmhekk idderieġa programm ta’ mużika

 

magħżula b’ suċċess kbir. B’ rikonoxximent għall- ħila tiegħu fl- arti mużikali, il- Bey ta’ Tuneż onora lis- Surmast Vincenzo

 

Carabott bit- titlu ta’ Kavallier tar- raba klassi taħt Eċċellentissi Ordni Nicham IftihirWara li s- Surmast Vincenzo Carabott ħalla

 

l- Banda La Valette, ħa taħt it-tmexxija tiegħu l-Banda De Rohan ta’ Ħaż- Żebbuġ (1900 – 1902). Dak iż- żmien ġa kellu taħt it-

 

tmexxija tiegħu l- Banda San Ġorg ta’ Ħal- Qormi (1898 – 1906) u l- Banda Leone tar- Rabat, Għawdex (1893 – 1910). Is-

 

Surmast Vincenzo Carabott kien stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill- aqwa surmastrijiet ta’ dak iż- żmien. Kien żmien fejn is-

 

Soċjetajiet Mużikali kienu f’ tellieqa min minnhom hu kapaċi jakkwista l- aħjar surmast għall- banda tiegħu. Għalhekk il- Kumitat

 

tas- Soċjetà Filarmonika Rohan ra kif għamel w akkwista s- servizzi tiegħu. Kien hemm żmien fejn is- surmast Carabott daqq il-

 

vjolin fl- aqwa teatri fosthom fit- teatru Rjal. Idderieġa mużika sagra f’ ħafna knejjes u skont tagħrif li nstab fil- ġurnal “Corriere

 

Mercantile Maltese” tad- 19 ta’ Lulju 1880, insibu li s- Surmast Vincenzo Carabott idderieġa l- orkestra tal- knisja fl- aħħar Tridu

 

fil- festa tal- Madonna tal- Karmnu fil- Belt, fl- assenza tas- Surmast Paolo Nani. Is- Surmast Kav. Vincenzo Carabott miet ta’ 70

 

sena, fl- 1914, il- Ħamrun.

 

L- informazzjoni rigward Vincenzo Carabott hi mehudha mis- sit: KazinSanGuzeppZebbug.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page