top of page
vincent bonnici_edited.jpg

Ritratt mehud mis- sit: Anicibandclub.

Is- Surmast Vincent Bonnici twieled fil- Pieta' fit- 23 ta’ Novembru 1960 minn Lawrence u Rose nee Bonnici. Huwa mizzewweg
 
lil Anna nee Schembri w ghandhom zewgt ibniet: Lorraine w Domenique, u joqghodu l- Isla. Beda l- karriera muzikali tieghu ta’
 
ghaxar snin bl- inspirazzjoni ta’ zijuh Leli Bonnici li kien idoqq il- kurunetta mal- Banda San Gorg ta’ Bormla. Kien jistudja taht
 
id- direzzjoni ta’ Mro. Carmelo Vella. Fl- 1972 huwa hareg idoqq mal- Banda San Gorg ta’ Bormla u mexa l- quddiem hekk li
 
daqq l- ewwel darba solist taht is- Surmast Carmelo Ciantar fl- 1975 fil- festa tal- Kuncizzjoni. Studja taht iz- zewg surmastrijiet
 
sa l- 1982, meta skond ix- xewqa tal- mibki missieru, dahal fil- Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn ghadu jdoqq prim klarinett.
 
Bejn l- 1981 u l- 1983 huwa tghallem it- teorija tat- Trinity Collage taht it- tmexxija tas- Sinjorina Rita Micallef u kiseb Certificate
 
of Distinction f' erba' gradi differenti. Fl- 1994 huwa kien gie mibghut mill- Forzi Armati ta’ Malta sabiex jattendi kors fl-
 
Universita ta’ Malta fuq l- istrument – il-Klarinett. Dan il- kors kien immexxi mill- kuncertista famuz David Campbell, Professur
 
tal- Klarinett fir- Royal College of Music ta’ l- Ingilterra. Fl- ahhar tal- kors, kien intghazel sabiex jaghmilha ta’ solista fost dawk
 
il- Maltin u barranin li attendew. Studja t- teorija u l- armonija ghand is- Surmast Carmelo Caruana. Barra d- direzzjoni tal-
 
Banda Madonna tal- Karmnu tal-Fgura, huwa direttur ukoll tal- Banda San Pietru fil- Ktajjen ta’ Birzebbuga w tal- Banda Kristu
 
Sultan ta’ Rahal Gdid. Huwa Assistant Surmast mal- Banda San Gorg ta’ Bormla, mal- Banda Prince of Wales tal- Birgu, kif
 
ukoll ghalliem mal- Banda Anici ta’ Hal- Qormi u l- Banda Sant’ Antnin ta’ Birkirkara. Fil- bidu mit- twaqqif tal- Banda tal- Fgura,
 
is- surmast Vincent Bonnici kien imur idoqq mal- banda bhala bandist barrani. Meta lejn l- ahhar tas- sena 1992 Mro. Carmelo
 
Vella nhatar Surmast Direttur ta’ din is- Socjeta, Mro. Bonnici nhatar Assistent Surmast kif ukoll beda jghallem l- istrumenti tal-
 
woodwind lill- allievi ta' din il- Banda. Kien fl- 1996 meta mexxa ghall- ewwel darba l- programm muzikali ta’ lejliet il- festa tal-
 
Fgura. Ftit tal- jiem wara gie mahtur bhala r- raba’ s- Surmast Direttur ta’ din is- Socjeta. Kemm ilu jghallem il- muzika mal-
 
Banda Ghaqda Muzikali u Socjali 'Madonna tal- Karmnu', Chev. Vincent Bonnici K.T.L. harreg bosta allievi fuq l- istrumenti tal-
 
woodwind li llum saru l- bandisti tal-post ma din l- istess banda. Ikkompona diversi marci li whud minnom gew imzanzna minn
 
din il- Banda  bhal: 'Gheluq l-10 Snin tal- Banda', 'Pirella', 'Philip' u kif ukoll '20 Sena Banda'.

L- informazzjoni rigward Vincent Bonnici hi mehudha mis- sit: BandaFgura.Com.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page