top of page

Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa

         Fil- Gzejjer Maltin

JOSEF GRECH_edited.jpg

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Josef Grech.

Josef Grech, iben Martin u Dorothy (kunjomha xebba) Caruana, twieled fl- 24 ta’ Mejju tal- 1981. Il- Mużika twieldet miegħu

 

għax ommu kienet idoqq il- klarinett u d- drums ma' diversi baned Maltin. Josef ħa l- edukazzjoni tiegħu fl- iskola Primarja ‘A’ u

 

‘B’ tal- Belt Valletta u wara fl- iskejjel Sekondarji. Josef, wera l- ġibda li kellu għall- mużika sa minn età żgħira w filfatt beda

 

jitgħallem din l- arti ta’ erba’ snin, fis- sena 1985 ma’ Mro. Victor Debattista w ma’ Mro. Carmelo Caruana mal- banda Cittadina

 

King’s Own tal- Belt Valletta. Mill- 1987 sa l- 1991 kien jitghallem ma’ Mro. Carmelo Pace, għalhekk ma setgħax ma jibnix fuq

 

sisien sodi l- ewwel tagħrif tal-arti mużikali. Aktar tard beda l- istudju fuq il- kuntrapunt, fl- istrumentazzjoni, storja, forma u

 

direzzjoni għand is- Surmast Joseph Tonna. Fid- 9 ta’ Novembru 1997, jiġifieri ta’ sittax-il sena, beda l- kariga tiegħu t’

 

Assistent Surmast Direttur mas- Soċjetà Filarmonika Lourdes ta’ Raħal Ġdid u fis- sena 2002 inħatar Surmast Direttur mal-

 

istess Banda. Ftit wara, fl- 1 ta’ Frar tal- 1998, inħatar Assistent Surmast mal-Banda Filarmonika Santa Marija tal- Mosta li dam

 

sas- sena 2000. Fid- 9 ta’ Settembru 1998 jiġifieri ta’ sbatax -il sena, nħatar l- ewwel Surmast Direttur u fundatur mal-

 

Filarmonika Marija Assunta ta’ Ħ’Attard u fid- 29 ta’ Lulju 2003 inħatar Assistent ma l- istess Soċjetà. Fl- 4 ta’ Mejju tas-

 

sena1999 kien waqqaf l- Assunta College of Music, l- ewwel kulleġġ ġo pajjiżna, li kien jokkupa l- kariga ta’ Direttur Ġenerali.

 

Fis- 16 ta’ Mejju tal- 2003, fuq inizjattiva tiegħu, twaqqfet is- Soċjetà Filarmonika Nazzjonali Santa Ċeċilia li qiegħed jokkupa il-

kariga ta’ Direttur Mużikali, u kien jagħti s- sehem tiegħu fil -knejjes tal- Ġiżwiti w kif ukoll tal- Pilar tal- Belt Valletta li kien

 

jokkupa l-kariga ta’ Maestro Di Cappella. Kien it- Tnejn 29 ta’ Mejju 2000, meta ħa l- ewwel premju bis- silta “The Victory of

 

Millenium”, fejn ġie onorat mill- Eċċelenza Tiegħu l- President ta’ Malta il- Professur Guido De Marco w kif ukoll rebaħ diploma

 

minn barra xtutna, sewwa sew mill- Euro Institute for Higher Education. Josef Grech, huwa wkoll membru fil- Performance

 

Right Society (PRS) ta’ Londra. Matul dawn is-snin Josef ikkompona mużika sagra, klassika u diversi innijiet ta’ parroċċi, każini

 

tal- baned w oħrajn. Fost ix- xogħlijiet li għamel ta’ min isemmi: Innu tal- Banda Marija Assunta – Ħ’Attard, Innu lil Marija

 

Assunta “Iftaħ Qalbek” – Ħ’Attard, Innu tas- Soċjetà Filarmonika Lourdes – Raħal Ġdid, Innu Marċ lil Madonna ta’ Lourdes –

 

Raħal Ġdid, Tislima lil Madonna ta’ Lourdes – Raħal Ġdid, Innu Marċia Santu Wistin – Valletta, Innu lil Madonna tal- Karmnu –

 

Valletta, Innu lil Kristu Rxoxt, Innu tad- Duluri, Innu tal- Madonna tad- Dmugħ, Innu APAN, Innu għall- Belt Kapitali Valletta, Innu

 

lil Santa Ċeċilja, Cantata Ad Unur il- Madonna ta’ Lourdes Raħal Ġdid, Marcia Sinfonica 2000, Fantasia 2000, Gran Concerto,

 

Abra Katabra, La Torrero, L’ Ultimo Bacio Overture, il- Ħolma tal- Millenium, Ave Marija, Fuq is-Salib, Aħfrilna lkoll, The Victory

 

of Millenium, Grandjuż Overture, Qawwi Qalbek, Vexilla Regis, Ġieħ il- Pinna tal- Kompozituri No 1, No 2, L- Ordni tal-

 

Kavallieri, Invictus u 50 sena mill- mewt ta’ Dr. Enriko Mizzi. Ikkompona wkoll numru kbir ta’ marċi funebri w marċi brijużi.

 

L- informazzjoni rigward Josef Grech hi mehudha mis- sit: JosefGrech.Com.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page