top of page

Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
IL- VARI TAD- DULURI F' MALTA
_edited.jpg)
H' ATTARD
HAL- BALZAN
Id- devozzjoni tad- Duluri f' Ħal- Balzan toħodna lura fis- snin 50. L-
istatwa tad- Duluri kienet saret mill- Għawdxi l- Kav. Wistin Camilleri
u tlestiet fl- 1953 fi żmien il- Kappillan Minuti. Imbagħad fit- 22 ta'
Marzu 1959 ġiet uffiċjalment stabbilita l- fratellanza tad- Duluri u
tbierket il- pittura tad- Duluri li pinġa Emvin Cremona. Dan hu
meqjus bħala kapolavur għal Cremona fil- fatt kien intuża ħafna fuq
diversi santi wkoll. Din il- pittura tinsab fuq l- altar li qabel kien ta'
San Ġwakkin. Is- sena ta' qabel ġiet iffurmata l- fratellanza tad-
Duluri imma ma kellhiex altar. Billi San Ġwakkin diġa kien jidher
inkluż fl- inkwatru ta' Sant' Anna, l- altar tiegħu ġie mgħoddi lill-
fratellanza tad- Duluri. L- ispejjez tal- istatwa u tal- kwadru kien
daħal għalihom il- Konti Bernardo Manduca.
%201_edited.jpg)

%20(ritratt%20tieghi)_edited.jpg)
BIRKIRKARA
(SANTA LIENA)
Din il- vara tad- Duluri li hi meqjuma gewwa l- Bazilika ta" Santa Liena, hija mahduma mill- istatwarju Karlu Darmanin.
BIRKIRKARA
(SAN GUZEPP HADDIEM)
Din l- istatwa inhadmet mill- istatwarju Ghawdxi Micheal Camilleri Cauchi fis- sena 1992 u thallset mis- Sur Frans Abela fi zmien il-Kappilan, il- Kan. Dun Vincenz Demicoli.
.jpg)
%25201_edited.jpg)
BIRKIRKARA
(SANTA MARIJA)
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Parrocca Santa Marija.
Din l- istatwa solitarja, wieqfa, giet mahduma mill- istatwarju Ghawdxi Wistin Camilleri w propjament kien hadem din l- istatwa tad- Duluri ta' Settembru ghall- parrocca ta' Marija Bambina tal- Mellieha. Izda gara li fl- 1976, il- kappillan tal- Mellieha, Mons Dun Guzepp Schembri kien iddecieda li jgib statwa gdida minn Bolzano, l- Italja. Minn naha l- ohra l- kappillan Amadeo Zammit O.C. li kien l- ewwel kappillan ta' din il- parrocca, kien wera nteress li jakkwista din il- vara ta' Wistin Camilleri. Hekk gara ghax il- kappillan ta' Fleur De Lys xtara din il- vara ghall- knisja parrokkjali li kien qed imexxi. Meta nxtrat dik ta' Bolzano, il- vara ta' Wistin kienet abbandunata f' mahzen u ghalhekk kien jenhtigilha restawr li twettaq mill- pittur Gorg Fenech mill- Mellieha stess. Is- sett ta" erba" brazzi li ghandha maghha saru fis- sena 2019.
.jpg)

BIRZEBBUGA
L- istatwa artistika tad- Duluri kienet l- ewwel statwa titulari ta’ Birżebbuġa. Din inġiebet f’ Birżebbuga fis- 17 t’ Awissu tal- 1910, qabel ma’ Birżebbuġa stess saret parroċċa bħala rigal mill- Kan. Dun Achille Refalo. Ma nafux min għamel din l- istatwa imma studjużi tal- arti jattribwuha lill- imgħallem Karlu Darmanin. Il-pedestall tagħha nbidel kemm il- darba. Dwa r l-ewwel pedestall ma nafu xejn, la minn fejn ġie u lanqas fejn spiċċa. It- tieni pedestall kien dak tal- istatwa titulari ta’ Santa Marija tal- Gudja. Illum dan qed jintrama mal- Madonna tar- Rużarju. Il- pedestall li naraw illum huwa wieħed tal-injam u nterzjat. Kienu sarulu xi tibdiliet u restawr minn ċertu Ġorġ Cordina. Fuq inizzjattiva ta’ Rożanna Gauci minn ‘tad- Dubbu’ beda jsir ġbir ħalli din il- vara
tiġi ndurata mill- ġdid. Ir- restawr u l- induratura saru mid- ditta Darmanin tal- Belt Valletta u x- xogħol tlesta fil- ħin għall- purċissjoni tad- Duluri tas- sena 1997.
L- informazzjoni rigward il- vara tal- Madonna tad- Duluri ta" Birzebbuga hi mehudha mis- sit: Duluri.Wordpress.com.

IL- FGURA

IL- FURJANA
(SAN PUBLIJU)

%201.jpg)
IL- FURJANA
(KAPUCCINI)
Din l- istatwa, fejn fiha naraw lill- Madonna b' binha Gesu fuq hogorha nhadmet fis- sena 1977 mill- Kav. Wistin Camilleri, fi zmien il- Parrokjali tal- Kappillan il- Kan. Dun Vincenz Balzan. Hi xoghol mahdum fil- kartapesta.
%201.jpg)

IL- GZIRA
Huwa mifhum li din l- istatwa artistika tal- Madonna tad- Duluri gewwa l- parrocca tal- Gzira, ilha tohrog processjonalment mis- snin 40. Kien il- kappillan Dun Carlo Manche li beda din id- devozzjoni. Din l- istatwa devota, fejn fiha naraw lil Gesu mixhut fuq ommu Marija, kienet inhadmet gewwa Lecce, fl- Italja w l- istatwa giet imhallsa mill- benefattrici Concetta Borg.
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Kummissjoni Armar tal- Knisja - Gzira.
IL- HAMRUN
(SAN GEJTANU)
%20(ritratt%20tieghi)%201.jpg)
%20(ritratt%20tieghi).jpg)
IL- HAMRUN
(KUNCIZZJONI)
Din il- vara nhadmet minn Wistin Camilleri fis- sena 1976 u hi wkoll xoghol fil- kartapesta. Il- benefattur ta' din il- vara kien Angelo Cassar. Hi statwa artistikament mill- isbah u hi tassew ghanja fejn jidhlu gesti w espressjonijiet. Izzanznet f' jum id- Duluri, il- Gimgha 9 t' April tas- sema 1976. Fl- 1987, din il- vara kienet inzebghet mill- gdid minn Michael Camilleri Cauchi. Matul is- sena tintrefa f' nicca qrib il- bieb ewlieni.
.jpg)
HAL- KIRKOP
Din l- istatwa artistika, li tinsab gewwa l- parrocca ta" Hal- Kirkop, harget minn taht idejn l- Ghawdxi il- Kav. Wistin Camilleri., li hadem fis- sena 1945. Il- benefatturi ta' din il- vara huma Frangisku u Ruzarja Zammit u saret fi zmien il- parrokat tal- Kappillan Dun Mikiel Spiteri. Dawn il- benefatturi, b' din l- ghotja wettqu l- weghda tagghom ghax binhom kien fieq minn mewta terminali. Matul is- sena din il- vara devota tal- Madonna tad- Duluri tintrefa f' nicca li tinsab fil- genb tal- bieb il- kbir tal- knisja parrokkjali. Din in- nicca, snin qabel kienet tilqa' fi hdanha l- vara titulari l- antika ta' San Leonardo ta' Noblet.


_edited.jpg)
IL- MARSA
(TRINITA)
Din l- istatwa solitarja, wieqfa, tinsab gewwa l- parrocca tat- Trinita fil- Marsa. Hija mahduma minn Luigi Guacci gewwa Lecce, fl- Italja.
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Il- Marsa - Parrocca
Trinita' Qaddisa / Holy Trinity Parish..
IL- MARSA
(MARIJA REGINA)
Statwa ohra artistika li nsibu wkoll gewwa l- Marsa, din id- darba gewwa l- parrocca ta" Marija Regina. Din il- vara tal- Madonna tad- Duluri, hi mahduma mill- artist Michael Camilleri Cauchi.
%20(ritratt%20tieghi)%201.jpg)
_edited_edited.jpg)
IL- MARSA
(MUZEW)
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Il- Marsa - Parrocca
Trinita' Qaddisa / Holy Trinity Parish..
F' din il- vara naraw il- figura tal- Madonna bilqieghda fuq blata b' idejha msallba fuq sidirha. Hi xoghol fil- kartapesta li Wistin Camilleri hadem fis- sena 1947. Fiha naraw ukoll is- sellum, il- lizar w is- salib.
%201.jpg)
%201.jpg)
IL- HAMRUN
(SAN FRANGISK)
Ma nafux meta Wistin Camilleri hadem dan ix- xoghol fil- kartapesta. Biss nistu nghidu li ma' kienx imbieghed wisq mill- jum tal- ftuh ta' din il- knisja, nhar is- 17 t' Awissu tas- sena 1947. Il- benefattur ta' din l- istatwa kien certu persuna jismu Grezzju u kien mill- Belt Valletta. Imbaghad insibu lil Marija Briffa hallset ghas- sandli tal- fidda w xi opri ohrajn.
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Knisja San Frangisk Hamrun.

.jpg)
IL- MANIKATA

Din l- istatwa tal- Pieta li nsibu gewwa l- parrocca tal- Imsida, inhadmet mill- istatwarju Mqabbi, Gerolamu Dingli.

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Parrocca San Guzepp
Imsida, Malta u migbud minn Antoinette Debono.


IL- MOSTA
Gewwa l- Bazilika tal- Mosta nsibu zewg vari tad- Duluri, dik li tohrog fil- purcissjoni tal- Gimgha Mqaddsa u f' jum id- Duluri w dik li tintrama gewwa r- Rotunda ghal- festa Liturgika tal- Madonna tad- Duluri, nhar il- 15 ta' Settembru. Din l- istatwa ngibet minn gewwa Marsilja fi Franza, fis- sena 1892 - 3 snin wara li kienet ingiebet l- istatwa ta" San Guzepp - w inhadmet mid- ditta Galard et Fils. Din il- vara ghadha fl- istat originali taghha, kemm rigward zebgha w kif ukoll induratura. Id- disinn u x- xoghol tal- pedestall inhadmu minn Pawlu Bugeja.
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Mosta Parish.
IL- MOSTA
(ORATORJU QALB TA" GESU)
Din il- vara tad- Duluri jinghad li x' aktarx kienet l- ewwel wahda li kellhom gewwa l- Bazilika tal- Mosta. Giet mahduma mill- istatwarju Salvatore Dimech, l- istess artist li ddisinja u hadem il- pedestall tad- Duluri li tintrama fil- 15 ta' Settembru. Illum din l- istatwa nsibuha fl- oratorju.
_e.jpg)
Ritratt mehud mis- sit: Smashyouagainstthewall.com.

HAZ- ZEBBUG
Kien fl- 1866 meta twaqqfet il- fratellanza tad- Duluri u b' hekk nistaw nghidu li il festa tad duluri hadet spinta kbira. Sa l- 1905 din il- fratellanza kien ghad ma kelliex statwa tad duluri u dejjem xtaquwa izda imbaghad fl- ahhar derhilom li din ix- xewqa trid issir realta . Kien f' Settembru tal- 1905 meta l- Arcipriet Alberto Dalli habbar li ghas- sena ta wara kien ser ikun hemm statwa processjonali u beda il- gbir . Il- prokuratur tal- fratellanza li ismu mhux maghruf kien qal lil Arcipriet Dalli li il- fratelli xtaqu li l- istatwa tinhadem gewwa lecce fl- Italja w mhux gewwa Malta. Intant kien il- Hadd 7 ta' settembru 1906, il- knisja Arcipretali ta' San Filep mimlija bin- nies sabiex jaraw lil din l- istatwa tad- Duluri . Kien il- prokuratur tal- knisja taghna Dun Salv Zammit li kixifa filwaqt li l
Arcipriet Dalli berika u wara ressquha quddiem il- pulptu u l- arcipriet Dalli stess libbsila brazzuletta f' idejha u ghal dik is sena fl- 1906 harget l- ewwel purcissjoni tad- Duluri bi statwa ferm sabiha w illum 114 -il sena wara kemm ila li saret tista tghid li narawa f' santi w kotba ma' Malta kollha ghax veru u bla dubju hija vara devota immens.
%25202_edi.jpg)
RAHAL GDID
(PARROCCA MADONNA TA' LOURDES)
Din l- istatwa tal- Pieta li nsibu gewwa l- parrocca tal- Madonna ta' Lourdes gewwa Rahal Gdid hija mahduma mill- istatwarju Ghawdxi Alfred Camilleri Cauchi u hija minquxa fl- injam.
.jpg)
TAL- PIETA
Il- vara tal- Madonna tad- Duluri hi xoghol fil- kartapesta li Wistin Camilleri hadem fis- sena 1969. F' din il- vara nilmhu l- figura tal- Madonna bilqieghda taht is- salib waqt li f' idejha x- xellugija qed izzomm maktur u hdejha hemm puttin li qed izomm kuruna tax- xewk li tqeghdet f' ras Kristu waqt il- passjoni. Xi ftit tas- snin ilu kienet restawrata minn Michael Camilleri Cauchi, iben Wistin. Il- bankun li fuqu tistrieh din il- vara sar ghal- habta tas- sena 1957 mid- ditta Bajada Works tal- Imsida.
