top of page
8-Giuseppe-Stivala-225x300_edited.jpg

Ritratt mehud mis- sit: Leone.Org.Mt.

Maestro Ġużeppi Stivala (1897-1950). Mexxa l- Banda mis- sena 1936 sas- sena 1939 u mis- sena 1945 sas- sena 1950.
 
Is- Surmast Ġużeppi Stivala twieled in- Naxxar fl- 1897 u minn ċkunitu ħass is- sejħa mużikali. Meta kien għadu żgħażugħ
 
daħal mal- Banda La Vallette w kien jifforma parti mill- Banda tal- R.M.A. u kien jgħallem fl- iskola militari. Beda l- karriera
 
tiegħu bħala Surmast mal- Banda Melita ta’ Tuneż. Meta reġa rritorna lura Malta sab ruħu magħżul Surmast ta’ diversi baned
 
Maltin u Għawdxin. Wara l- mewt ta’ Surmast Mallia l- Kumitat mill- ewwel beda jaħdem biex il- Banda L’Isle Adam ikollha
 
Surmast mill- aqwa. Bi qbil ta’ mija fil- mija bejn il- Bandisti w il- kumitat ġie magħżul is- Surmast Stivala. Dak iż- żmien il-
 
Banda kellha bżonn ta’ direttur mhux biss biex jidderieġi lill- Bandisti, iżda kien hemm ġa l- ħsieb li tinxtara strumentatura
 
ġdida għaż- żmienijiet preżenti. Fl- Arkivju ta’ din il- Banda nsibu ħafna mużika mill- pinna tas- Surmast Stivala w l- aqwa
 
arranġamenti ta’ opri kbar huma xogħol tiegħu. Fost kitbiet tiegħu nsibu marċi sinfoniċi, brijużi w funebri w sinfoniji, l- aktar
 
waħda famuża hija Sinfonija “Pathetique”. Ma nistawx inħallu barra l- famuża “Shoulder to Shoulder” li fiha niseġ bl- akbar
 
sengħa l- innu nazzjonali Malti w Ingliż. B’ din il- kompożizzjoni miktuba fl- aħħar tal- Gwerra s- Surmast Stivala ried juri l-
 
ħidma tal- Maltin u l- Ingliżi kontra n- Naziżmu w il- Faxxiżmu. Insemmu wkoll l- Innu tal- Banda L’ Isle Adam li kkonpona fl-
 
1949. Marċ funebri li għadu jindaqq fil- purċissjoni tal- Ġimgħa l- Kbira fir- Rabat ta’ l- Imdina, iġib l- isem ta’ “Vers La
 
Calvaire”. X’ ingħidu mbagħad għal arranġamenti tiegħu. L- arranġamenti tiegħu għal Banda bħal- Overtures Kollosali “1812”
 
u “Struensee”, ta’ Selections u Fantasiji minn opri speċjalment dawk Puċċinjani kienu arranġamenti tal- ogħla klassi li jħabtuha
 
mal- aqwa Surmastrijiet barranin. Fi Franza rebaħ konkors internazzjonali permezz ta’ “Suite Oriental” minn fost ħafna
 
Surmastrijiet barranin. Ix- Xjuħ tagħna żgur li għadu jidwi f’widnejhom sal- lum l- applawsi kbar li kienu jingħataw lill- Banda
 
meta s-Surmast Stivala kien jasla fl- aħħar battuti ta’ xi Overture jew Fantasija, nhar San Pawl ta’ Jannar, fl- Imnarja jew San
 
Duminku fil- Belt. Dawn il- programmi kienu jiġbdu numru kbir ta’ dilettanti tal- mużika klassika minn Malta kollha biex
 
jammiraw u japlawdu s- sinkronizzazjoni perfetta bejn direttur u banda. Is- Surmast Stivala kien mogħni b’ personalita
 
formidabli, malli kont titfa’ għajnejk fuqu waqt li jkun jidderiġi kont tħossok qed tara s- serjeta, l- awtorita w id- dixxiplina
 
personifikanti fih. B’ ħarstu biss kien jikkontrolla s- sehem mistenni minn kull bandist. Bl- għajnuna w il- pariri siewja tiegħu l-
 
Kumitat wasal biex jixtri sett komplet ta’ strumenti ġodda għall- Banda, d- ditta magħżula kienet “Boosey & Hawkes” għall-
 
istrumenti tar- Ram u “La Fleur” għall- istrumenti tal- injam. Is- Surmast Stivala ma kellux ix- xorti li jidderiġi l- Banda fl-
 
inawgurazzjoni tal- istrumentatura l- ġdida, laħaq biss intona l- instrumenti. Sfortunament wara dawn is- snin ta’ suċċessi kbar
 
b’ qalbu mnikta kellu jħalli l- Banda minħabba saħħtu. Tant kemm kien rabat qalbu mal- Banda fuq xewqa tiegħu ried li qabel
 
ma jagħlaq għajnejh il- Banda L’Isle Adam iħalliha f’ idejn tajba. Ix- xewqa tiegħu kienet li l- Banda tgħaddi f’ idejn is- Surmast
 
Anton Muscat Azzopardi. Kien ta’ sodisfazzjon kbir għalih li jara x- xewqa tiegħu mitmumha. Is- Surmast Stivala kien membru
 
(fratell) ta’ Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp. Hu miet fid- 9 ta’ Mejju 1950. Il- Funeral tiegħu sar l- għada mis- Saqqajja sal-
 
Knisja Ta’ Ġieżu akkumpanjat mill- Banda L’Isle Adam li sellmitlu għall- aħħar darba bil- marċ funebru tiegħu “Vers La
 
Calvaire”. Kien Funeral grandjuż li tassew kien jistħoqqlu. Hu jinsab midfun fil- Kannierja tas- Santwarju ta’ San Ġużepp ir-
 
Rabat.
 

L- informazzjoni rigward Guzeppi Stivala hi mehudha mis- sit: BandaVittorjaNaxxar.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page