top of page
melilli_edited.jpg

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Kazin Banda San Gorg Bormla A.D. 1862.

Nhar it- 30 t' Awwissu 1913 gewwa Tunis miet Mro Angelo Melilli, kompozitur Sqalli li kull min huwa midhla tal- Marci Funebri
 
zgur li sema' bih. Min ma semax bil- marc "Cipresso", "Venerdi Santo" u "Mesto Ricordo" ? Min kien dan Melilli w kif rabat ismu
 
mal- gzejjer Maltin? Lejn l- ahhar tas- seklu dsatax w il- bidu tas- seklu ghoxrin bosta kienu dawk is- surmastrijiet tal- muzika
 
barranin, l- aktar Taljani w Sqallin, li sabu mpjieg mal- ftit baned Maltin ta' dak iz- zmien. Fosthom kien hemm is- surmast
 
Angelo Melilli, Sqalli, li bejn is- sena 1898 u l- 1912 idderiega mhux inqas minn tlett baned Maltin: La Vilhena tal- Furjana, S.
 
Filippo ta' Haz- Zebbug u S. Giorgio tal- belt ta' Bormla. Is- surmast Melilli, ex- direttur ta' wahda mill- baned Militari Taljani,
 
wasal Malta bil- vapur "L' Isle Adam" minn Tunis nhar it- 13 ta' Frar 1898 flimkien ma martu Antonietta mwielda Martines, minn
 
Terranova (Sqallija), li kien izzewweg nhar is- 27 t' April 1889 u ma hames uliedu - Rosaria, Angelo, Maria, Giulia w Salvatore.
 
Fi zmien xahar u nofs, lejn l- ahhar t' April tal- 1898, il- gazzetta "Malta" habbret li l- banda "La Vilhena" akkwistat is- servizzi
 
tas- surmast Melilli. Matul iz- zmien li Melilli dam surmast - direttur ta' din il- banda, huwa kkompona "L' Inno Nazionale a S.
 
Publio" li ghadu jindaqq lejlet il- festa ta' San Publiju kull sena sal- lum. F' Settembru tal- 1900 maestro Angelo Melilli dderiega
 
l- banda Furjaniza fil- belt ta' Sirakuza. Fl- 1 t' April tal- 1905 huwa dderiega din l- istess banda fit- twaqqif mill- gdid taghha.
 
Bhala tifkira hajja ta' dan is- surmast Sqalli l- kumitat tal- banda Vilhena, xi zmien ilu, fetah sala fl- istess kazin iddedikata ghall-
 
memorja tieghu. Fit- 23 ta' Gunju tas- sena 1899, meta Angelo kellu 42 sena, twelditlu tifla fil- Furjana w semmewha Concetta.
 
Nhar is- 26 ta' Marzu tal- 1901 twieldet tifla ohra bl- isem ta' Graziella. Nicolo' Melilli twieled nhar l- 4 ta' Frar 1903, u
 
tghammed fit- 12 ta' Frar fil- knisja Parrokkjali w Arcipretali ta' Bormla. Barra dan twieldu zewgt itfal ohra ghal Melilli: Adelina li
 
twieldet nhar l- 1 ta' Novembru 1906 u giet mghammda f' Bormla fl- 10 tal- istess xahar, u Vittorio, mwieled f' Bormla wkoll fil- 5
 
ta' Marzu, 1909, meta missieru kellu 52 sena w ghammduh fl- istess knisja Parrokkjali ta' Belt Twelidu fil- 11 tal- istess xahar.
 
Fis- sena 1901, il- gazzetta "Malta" nhar id- 19 ta' Jannar awgurat lill- Kumitat u d- dirigenti tal- kazin "S. Giorgio" ta' Bormla
 
ghall- akkwist tas- servizzi muzikali tas- surmast  Melilli. Sentejn wara, taht il- bakketta ta' dan l- abbli surmast, il- banda
 
Bormliza daqqet f' Sirakuza f' giet imfahhra minn "La Gazzetta di Siracuza" kemm fil- harga tat- 23 t' Awwissu w kif ukoll tal-
 
ghada. Ma din il- banda, Melilli dam sakemm gie sabiex jitlaq minn Malta (minhabba sahhtu), jigifieri fis- sena 1912. Kien
 
propju waqt li kien qed jidderiegi din il- banda gewwa l- gonna tal- Argotti, waqt attivita' bandistika mtella mill- "King's Own
 
Band Club" tal- belt Valletta li nhar it- 8 t' Ottubru 1912 tah attakk ta' puplesija li naqqaslu konsiderevolment l- attivita muzikali
 
tieghu. Huwa kien 'wiret' il- bakketta minghand is- surmast - direttur Paolino Vassallo w ghaddieha lis- surmast Carlo Diacono
 
(8 ta' Lulju 1912). Huwa mexxa l- banda tal- belt Cospicua ghal hdax -il sena shah. Nhar il- Hadd 19 ta' Novembru 1905, Melilli
 
ddebutta bhala surmast tal- "Filarmonika S. Filippo d' Aggira" ta' Haz- Zebbug. Ghal din il- banda, maestro Melilli kiteb l- "Inno
 
San Filippo d' Aggira" bil- versi tal- poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila. Ghal xi zmien huwa kien mar joqghod f' Nru 290, Strada
 
Reale, Haz- Zebbug. Melilli telaq minn Malta ghal Tunis nhar l- 14 ta' Gunju 1912 mal- vapur Franciz "Mare' chal Bugeaud"
 
flimkien mas- seba' uliedu...Rosina, Maria, Salvatore, Concetta, Grazia, Nicolo' w Vittorio. Rega' gie Malta w dam biss
 
gimgha...bejn it- 12 u 19 ta' Dicembru, 1912. Is- surmast Angelo Mellili, iben Angelo w Rosa DeMarco kien twieled f' Licata
 
(Provincja ta' Agrigento) fi Sqallija, nhar it- 18 t' Awwissu 1856. L- Awtoritajiet Civili Maltin irrikonoxxew l- abilitajiet muzikali ta'
 
dan il- bravu surmast u kompozitur u nhar it- 28 ta' Dicembru 1993, issemmiet triq ghalih gewwa l- belt ta' Haz- Zebbug. 

L- informazzjoni rigward Angelo Melilli hi mehudha mis- sit: Issuu.Com.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page