top of page
Surmast-tal-Banda-50cm-x-35cm_edited.jpg

Ritratt mehud mis- sit: SanGuzeppZebbug.

Is- Surmast Ronnie Debattista twieled l- Msida fl- 1957. Huwa ġej minn familja ta’ mużiċisti magħrufa w imfittxija fil- qasam

 

bandistiku. Ħa l- ewwel taħriġ ma’ missieru Victor meta beda jitgħallem il- klarinett u ħareġ idoqq mal- Banda Melita tal- Msida.

 

Bejn l- 1976 u l- 1985 huwa kien jagħmel parti mill- Banda tal- Forzi Armati ta’ Malta. Ta’ 17 -il sena ngħaqad mal- Banda Kings

 

Own fejn dam 17 -il sena bħala solista mal- istess banda. Matul is- snin bena reputazzjoni tajba w kien regolarment mitlub

 

minn bosta baned biex jagħti s- servizz tiegħu. L- ambizzjonijiet tiegħu mexxewh biex ikompli jistudja, għalhekk taħt id-

 

direzzjoni tal- Professur Charles Zammit mexa ‘l quddiem fl- oqsma tat- teorija, l-armonija w l- istorja tal- mużika biex wasal

 

jikseb id- diploma A.Mus. u L.Mus. mill- Kulleġġ tal- Mużika ta’ Londra. Fl- 1991 kiseb il- Fellowship tal- Kompożizzjoni wara li

 

tħarreġ taħt is- Surmast Pawlu Grech. Ronnie Debattista beda mal- Banda De Rohan fl- 1983 bħala għalliem tal- istrumenti tal-

 

qasba w Assistent Surmast. Fl- 1990 inħatar Surmast Direttur tal- Banda De Rohan. Kien ukoll Surmast mal- Banda Santa

 

Marija tal- Mosta bejn l- 1986 u l- 1993, tal- Banda San Piju X ta’ Ħal- Lija bejn is- snin 1989 u l- 1995 u mal- Banda Sliema bejn

 

l- 2002 u l- 2012. Is- Surmast Debattista kkompona diversi xogħlijiet li ġew esegwiti minn bosta baned. Fost dawn insibu

 

Fanfare and Theme” “Antonio Sciortino Suite” u “Occasional Overture”. Ma naqasx ukoll li jikteb ammont ta’  marċi tal- festa

 

w funebri. Jibqa’ magħruf mal- Banda De Rohan għall- Innu Popolari lil San Ġużepp. Il- ħiliet tas- Surmast Ronnie Debattista

 

dehru kemm fid- direzzjoni kif ukoll fil- kompożizzjonijiet ta’ bosta xogħlijiet li għamlulu unur. Fost dawn insibuh joħroġ rebbieħ

 

fil- Konkors Nazzjonali tal- Baned mal- Banda Santa Marija tal- Mosta fl- 1989, u mill-ġdid fl- 1993 mal- Banda De Rohan.

 

Barra li kien attiv ħafna fix- xena mużikali lokali huwa dejjem sab il- ħin biex jgħin surmastrijiet żgħażagħ li jfittxu tagħlim

 

mużikali avvanzat għandu. Is- Surmast Ronnie Debattista żżewweġ lil Michelle mwielda Sammut u għandhom tlett itfal, Gilbert

 

Anthony, Jeremy u Therese Ann. Ronnie ħalla din id- dinja ħesrem nhar il- Ġimgħa 3 ta’ Novembru 2017.

 

L- informazzjoni rigward Ronnie DeBattista hi mehudha mis- sit: KazinSanGuzeppZebbug.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page